Wednesday, 7 October 2015

Filafel


  • 250 g ċiċri mnixxfin
  • 4 sinniet tewm, imqattgħin
  • Basla, imqattgħa rqiq
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 2 mgħaref tursin frisk, imqatta’
  • 2 kuċċarini kemmun
  • 2 kuċċarini żerriegħa tal-kożbor
  • 2 mgħaref dqiq
  • Melħ u bżar mitħun frisk
Għad-dip:
  • 200 g yoghurt Grieg
  • Meraq ta’ nofs lumija
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Mgħarfa tursin frisk, imqatta’
  • Mgħarfa nagħniegħ frisk, imqatta’
Xarrab iċ-ċiċri fl-ilma għal 6 sigħat jew tul il-lejl. Saffiha, poġġiha f’kazzola, għattiha bl-ilma u għalliha għal 50-60 minuta jew sakemm tirtab. Saffiha f’passatur, ħalliha toqtor sew u ferrixha fuq sarvetta biex tixxotta sew għal siegħa.
  1. Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 180°C. Iksi tilar bil-kartaforn.
  2. Qalli l-basla u t-tewn f’żewġ mgħaref żejt taż-żebbuġa sakemm jirtabu.
  3. Bi proċessur tal-ikel itħan iċ-ċiċri, il-basla u t-tewm, il-kemmun u l-kosbor, sakemm jitħallat u jitkisser kollox.
  4. Aqleb it-taħlita fi skutella u żid id-dqiq, it-tursin, melħ u bżar. Għaffeġ kollox flimkien b’idejk u fforma t-taħlita fi blalen ta’ madwar 3 ċm djametru.
  5. Poġġi l-blalen taċ-ċiċri fuq it-tilar, idlikhom biż-żejt taż-żebbuġa mad-dawra kollha u aħmihom għal 25-35 minuta. Nofs sajran dawwarhom ftit biex isiru minn kullimkien.
  6. Sadnittant, ipprepara d-dip. Fi skutella ħabbat l-ingredjenti kollha flimkien tajjeb.
  7. Servi l-blalen taċ-ċiċri mad-dip tal-yoghurt.

No comments:

Post a Comment