Saturday, 10 October 2015

Gwienah tat tigieg bil curry


  • 1½ kg ġwienaħ tat-tiġieġ
  • Kuċċarina curry jaħraq
  • ½ kuċċarina turmerik
  • Mgħarfa soy sauce
  • 2 mgħaref żejt veġetali
  • 2 sinniet tewm, misħuqin
  • Melħ u bżar mitħun frisk
Għad-dip:
  • 200 ml yoghurt Grieg
  • 2 mgħaref mayonnaise
  • Meraq ta’ nofs lumija
  • Mgħarfa tursin frisk, imqatta’ rqiq


  1. Aqta’ barra l-ponot tal-ġwienaħ u aqtamhom min-nofs (mill-ġog).
  2. Fi skutella kbira ħallat flimkien iż-żejt, is-soy sauce, il-curry, it-turmerik, it-tewm, melħ u bżar. Żid il-ġwienaħ u dawwarhom fit-taħlita sakemm jinksew. Għatti l-iskutella u poġġiha fil-friġġ għal mill-inqas siegħa jew tul il-lejl.
  3. Sadanittant ipprepara d-dip. Fi skutella ħabbat flimkien il-yoghurt, il-mayonnaise, il-meraq tal-lumi u t-tursin. Għatti l-iskutella u poġġiha fil-friġġ għal iktar tard.
  4. Oħroġ il-ġwienaħ immarinati mill-friġġ u saħħan il-forn għal temperatura ta’ 200°C. Iksi tilar bil-foil u poġġi gradilja fuq il-foil.
  5. Poġġi l-ġwienaħ fuq il-gradilja mingħajr ma jmissu ma’ xulxin u daħħalhom fil-forn għal 20 minuta. Aqleb il-ġwienaħ fuq il-wiċċ l-ieħor u kompli sajjar għal 20-25 minuta oħra.
  6. Servi l-ġwienaħ sħan mad-dip tal-yoghurt.

No comments:

Post a Comment