2 sinniet tewm
2 patatiet, maħsulin u mqattgħin slices bil-qoxra
basla mqattgħa
brunġiela mqattgħa dadi bil-qoxra
2 tadamiet kbar
100g rkotta
melħ tal-baħar
żewġ kuċċarini tursin
2 werqiet rand
żejt taż-żebbuġa
mgħarfa kappar
kartaforn
Metodu:
Irranġa l-ingredjenti fuq biċċa kartaforn ta' madwar 8 pulzieri, mitwija fi tnejn. Agħmel saff patata, ftit basal u tewm, tadam, brunġiel u fl-ahhar il-kappar, l-irkotta u l-ħwawar.
Qattar ftit qtar żejt taż-żebbuġa.
Aħmi f'temperatura ta' 150 grad Celcius għal 40 minuta.
Ħallih joqgħod għal żewġ mnuti qabel ma sservi.
No comments:
Post a Comment