għaġin li tippreferi
2 imgħaref żejt taż-żebbuġa
basla żgħira, imqattgħa rqiqa
sinna tewm imqattgħa
120g guanciale (tista' tuża bejken jew pancetta minflok)
niskata chili flakes
tazza nbid abjad
450g tadam tal-bott
niskata zokkor jew stevia
ġobon Pecorino maħkuk frish (jew ġbejna)
melħ u bżar
ħabaq għall-wiċċ
Metodu:
Itfa' l-għaġin ġo borma bil-misħun u l-melħ u sajjar al dente. Normalment jieħu madwar 9 sa 10 minuti biex isir. Saffi b'passatur.
Qalli l-basla u t-tewm fuq nar moderat fiż-żejt taż-żebbuġa. Ħawwad kontinwament sabiex ma jbiddilx il-kulur. Qatta' l-pancetta, bejken jew guanciale f'dadi żgħar u żidhom mal-basla u t-tewm flimkien maċ-chili. Żid il-tadam, iz-zokkor u l-inbid ħalli z-zalza ttektek għal 15-il minuta.
Żid il-melh u l-bżar.
Ferra' z-zalza fuq l-għaġin imsajjar u żejjen il-wicc bil-weraq tal ħabaq frisk u ġobon Pecorino maħkuk.
No comments:
Post a Comment