Ross bil frott tal bahar
- 350 g ross
- 500 gramm maskli (mussles)
- 500 g gandoffli (vongole)
- 300 g klamari, imnaddfin u mqattgħin
- 400 g tadam, imqaxxar, imnaddaf u mqatta’
- Żejt taż-żebbuġa
- Litru stokk tal-ħut
- 4 sinniet tewm, imqaxxrin
- Melħ u bżar mitħun frisk
- Ponn tursin frisk, imqatta’
- Poġġi l-maskli u l-gandoffli f’kazzola b’żewġ mgħaref żejt taż-żebbuġa u żewġ sinniet tewm.Poġġihom fuq nar moderat sakemm jinfetħu, ħallihom jibirdu ftit, saffi l-likwidu li ħareġ minnhom minn passatur u warrbu għal iktar tard. Neħħi dawk li ma nfetħux, imbagħad aqla’ nofs il-kwantià mill-qoxra tagħhom u warrabhom ukoll għal iktar tard.
- F’taġen kbir u fond saħħan 4 mgħaref mgħaref żejt taż-żebbuġa u qalli l-klamari maż-żewġ sinniet tewm l-oħra sakemm jieħdu l-kulur. Neħħi t-tewm, żid ir-ross u ħawwad għal madwar minuta sakemm jinkesa sew. Żid it-tadam u l-meraq li tkun erfajt u kompli ħawwad sakemm jixxotta, imbagħad ibda żid ftit ftit l-istokk filwaqt li kull darba tħawwad sakemm jinxtorob. Żid ukoll ftit melħ u bżar. Kif ikun kważi sar ir-ross żid il-maskli u l-gadoffli, kemm dawk tal-qoxra kif ukoll dawk li qlajt mill-qoxra.
- Servi fil pront bit-tursin imferrex fil-wiċċ.
No comments:
Post a Comment