mgħarfa żejt taż-żebbuġa
kikkra basal imqatta’
kikkra zunnarija mqattgħa
żewġ laned tadam imqatta’
½ kikkra quinoa msajra
żewġ litri ilma mħalltin ma' dada
żewġ sinniet tewm
½ kuċċarina melħ oħxon, jekk trid
kikkra spinaċi
Metodu:
Saħħan iż-żejt f'borma kbira u qalli l-basal. Żid it tewm. Ħawwad. Żid il-ħaxix l-ieħor. Ħawwad u żid l-ilma u d-dada.
Kif jibda jagħli l-ilma, baxxi n nar u sajjar sakemm jirtab il-ħaxix.
Sajjar il-quinoa u meta jsir il-ħaxix go soppa, żid il-quinoa u sajjar għal żewġ minuti oħra. Aqleb ġo skutelli u żejjen il-wiċċ bit-tursin frisk imqatta'.
No comments:
Post a Comment