Clafoutis bit-tadam u l-ġbejniet friski
Ingredjenti:
350g cherry tomatoes
6 bajdiet imħabbtin
kikkra ħalib
kwart ta’ kikkra dqiq
kwart ta’ kuċċarina riegnu niexef
150g ġbejniet friski (poġġihom ġo passatur għal siegħa biex tneħħi l-ilma)
Metodu:
Saħħan il-forn għal 180°C. Ifrex it-tadam fil-qiegħ ta’ dixx ta’ 23ċm midluk biż-żejt taż-żebbuġa. Poġġi l-bajd imħabbat fi skutella u żid il-ħalib. Żid id-dqiq u ħawwad sew. Żid ir-riegnu. Immaxxja l-ġbejniet u żidhom mat-taħlita. Ferra’ fid-dixx fejn poġġejt it-tadam. Aħmi għal 35-40 minuta sakemm il-wiċċ jiġi kulur dehbi. Ħalliha tiksaħ għal ftit minuti qabel ma sservi. Tista' sserviha bħala ikla prinċipali, jew imqattgħa slices mad-drinks.
No comments:
Post a Comment