500g tiġieġ imsajjar u mqatta' biċċiet
250g qlub tal-qaqoċċ imsajrin u mqattgħin, jew tal-bott jekk ma jkunx żmienu
250g spinaċi msajjar u mqatta', jew iffriżat jekk ma ssibx frisk
basla mqattgħa u msajra
sinna tewm maħkuka
kikkra yoghurt
kikkra mayonnaise
nofs kikkra mozzarella maħkuka
nofs kuċċarina rignu niexef
nofs kikkra ġbejna bajda niexfa maħkuka
melħ u bżar
Metodu:
Żomm għall-wiċċ mgħarfa ġbejna maħkuka u mgħarfa mozzarella. Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien. Fil-wiċċ poġġi l-ġbejna maħkuka u l-mozzarella li rfajt. Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 180°C għal nofs siegħa sakemm il-wiċċ jibda jieħu kulur sabiħ. Ħalli d-dixx joqgħod għal 10 minuti qabel ma sservi. Servi b'żewġ mgħaref quinoa, barley jew bulgar bħala kontorn.
No comments:
Post a Comment