ngredjenti:
200g tamal
250g dqiq '00' jew plain
pakkett ħmira niexfa
niskata melħ
100g zokkor (jew 50 g zokkor u 50 g stevia)
2 bajdiet
kuċċarina kannella
125ml yoghurt
ftit qtar vanilla
qoxra ta' lumija maħkuka
Metodu:
Ħawwad id-dqiq u l-ħmira flimkien. Żid iz-zokkor u niskata melħ, it-tamal, il-bajd, il-kannella, il-yoghurt, il-vanilla u l-qoxra maħkuka. Iksi l-iskutella b'sarvetta nadifa u ħalliha għal lejl. L-ghada filgħodu poġġi t-taħlita f'dixx midluk bil-butir u ħallih joqgħod għal siegħa sakemm jirdoppja fil-volum. Aħmi f'temperatura ta' 180 grad Celcius għal 25 minuta. Saħħan ftit għasel u idlek il-wiċċ billi tuża pinzell.
No comments:
Post a Comment