Għandek bżonn:
250g medium bulgur wheat
ponn kbir rukola ta' Malta jew taħlita ta' tursin u nagħniegħ, imqatta' rqiq
2 ġbejniet tal-bżar, imqattgħin dadi
2 tadamiet, imqattgħin żgħar
landa ċiċri (neħħilhom l-ilma u laħlaħhom)
kuċċarina qoxra tal-lumi maħkuka
mgħarfa meraq tal-lumi
bżaru aħmar frisk (jekk trid)
melħ u bżar
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
Metodu:
Poġġi l-bulgur wheat ġo skutella kbira u għerrqu fl-ilma. Ħallih għal mill-inqas siegħa. Jien inħobb inħallih daqs erba' sigħat ħalli jirtab. Imbagħad saffih mill-ilma u ħallih fil-passatur ħalli tneħħi kemm tista' ilma minnu. Poġġih ġol-iskutella li se tuża biex isservi.
Żid ir-rukola (jew it-tursin u n-nagħniegħ), it-tadam, iċ-ċiċri, il-ġbejniet u l-bżaru (jekk se tużah). Ħallat bil-mod biex l-ingredjenti ma jitgħaffġux. Żid il-melħ u l-bżar u l-qoxra tal-lumija maħkuka. Ħallat. Żid iż-żejt taż-żebbuġa u l-meraq tal-lumi. Ħallat.
Servi mill-ewwel jew poġġi l-insalata fil-friġġ u servi wara. Tista' żżommha sal-għada. Tista' sservi din l-insalata bħala platt prinċipali jew bħala kontorn.
No comments:
Post a Comment