Din ir-riċetta dejjem se tiġik perfetta jekk issegwiha eżatt! Tibdel xejn u jkollok eclairs perfetti dejjem.
Għandek bżonn:
250g ilma
125g butir
120g dqiq “00”
3-4 bajdiet
Metodu:
Saħħan il-forn għal 220°C u poġġi skutella mimlija bl-ilma fuq l-ixkaffa ta’ taħt ħalli l-eclairs jibqgħu rotob.
Poġġi l-ilma mal-butir fi skutella u qattgħu biċċiet żgħar. Saħħan sakemm jagħli u ħallat id-dqiq miegħu b’mgħarfa tal-injam. Erġa’ poġġi fuq in-nar u ħallat sakemm il-ġnub ma jeħlux mat-taġen. Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jiksaħ. Ħabbat il-bajd, żid fit-taġen ftit ftit u ħallat. Iżżidx il-bajd kollha f’daqqa waħda.
Lesti piping bag u imlieh bit-taħlita. Ippajpja fuq dixx miksi bil-baking paper. Sajjar l-eclairs għal 25 minuta bla ma tiftaħ il-bieba tal-forn. Ittawlilhom u jekk ikunu għadhom ma sarux, sajjarhom ftit ieħor.
Ħallihom jiksħu u imliehom bil-mili li jogħġbok. Jien ksejthom biċ-ċikkulata maħlula.
No comments:
Post a Comment