Minflok tagħmel cookies individwali, tista' tagħmel cookie waħda kbira li tiġi qisha kejk, ideali għal xi party tat-tfal.
Ingredjenti:
225g butir mingħajr melħ
100g zokkor ismar
150g zokkor muscovado
2 bajdiet
ftit qtar vanilla
250g dqiq self-raising
300g chocolate chips
Metodu:
Ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor sakemm it-taħlita tkun kremuża. Żid il- bajd u vanilla u kompli ħawwad sakemm il-bajd ikun inkorporat fit-taħlita. Żid id-dqiq. Ħawwad. Fl-aħħar nett żid iċ-chocolate chips u ħawwad b'mgħarfa tal-metall.
Iksi dixx tal-forn bil-kartaforn. Ferra' t-taħlita u aħmi f'temperatura ta' 180 grad Celcius għal 35 minuta.
No comments:
Post a Comment