Saturday, 10 October 2015

Pixxispad fil forn


  • 3 imgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 4 sinniet tewm, imqattgħin
  • 300 g tadam, imqaxxar, imnaddaf u mqatta’ rqiq
  • 60 g żebbuġ iswed, mingħajr għadma u mqatta’
  • 2 imgħaref kappar
  • 60 g prinjol (pine nuts)
  • Kilo dwawar tal-pixxispad
  • Melħ u bżar mitħun frisk
Tħejjija:
  1. Xarrab iż-żbib għal 20 minuta fi ftit misħun. Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 200°C. Idlek dixx biż-żejt.
  2. Saħħan iż-żejt f’taġen kbir fuq nar moderat u qalli t-tewm għal ftit sekondi, imbagħad żid it-tadam.
  3. Kif jibda jbaqbaq żid  il-kappar, iż-żebbuġ 
  4. Għatti t-taġen u tektek iz-zalza għal 15-il minuta.
  5. Żid il-prinjol u tektek għal 5 minuti oħra.
  6. Roxx id-dwawar tal-pixxispad bil-melħ u l-bżar u poġġihom fid-dixx.
  7. Ferra’ fuqhom iz-zalza u aħmi għal 20 minuta jew sakemm isir sew il-pixxispad.

Pixxispad fil grilja

  • Ħjara mdaqqsa, imqaxxra u mqattgħa biċċiet żgħar
  • Meraq ta’ nofs lumija
  • Niskata zokkor
  • 75 ml żejt taż-żebbuġa
  • 2 mgħaref nagħniegħ frisk, imqatta’
  • Nofs basla żgħira, imqattgħa rqiq ħafna
  • Melħ u bżar mitħun frisk
  • 4 dawriet (porzjonijiet) pixxispad bi ħxuna ta’ 2 ċm
  • Żejt taż-żebbuġa biex tidlek
  • Mgħarfa melħ oħxon

Tħejjija:
  1. Fi skutella ħallat flimkien il-ħjar, il-meraq tal-lumi u z-zokkor sakemm jinkesa l-ħjar, imbagħad żid ftit melħ u bżar, il-basla, in-nagħniegħ u ż-żejt taż-żebbuġa u erġa’ ħallat kollox sew.
  2. Saħħan grilja 
  3. Idlek tajjeb iż-żewġ uċuħ tal-pixxispad biż-żejt u roxx bil-melħ oħxon. Ixwi għal 3-4 minuti fuq kull naħa jew sakemm isir il-pixxispad.
  4. Servi fil-pront maz-zalza tal-ħjar.

Ross bil frott tal bahar


  • 350 g ross 
  • 500 gramm maskli (mussles)
  • 500 g gandoffli (vongole)
  • 300 g klamari, imnaddfin u mqattgħin
  • 400 g tadam, imqaxxar, imnaddaf u mqatta’
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Litru stokk tal-ħut
  • 4 sinniet tewm, imqaxxrin
  • Melħ u bżar mitħun frisk
  • Ponn tursin frisk, imqatta’

  1. Poġġi l-maskli u l-gandoffli f’kazzola b’żewġ mgħaref żejt taż-żebbuġa u żewġ sinniet tewm.Poġġihom fuq nar moderat sakemm jinfetħu, ħallihom jibirdu ftit, saffi l-likwidu li ħareġ minnhom minn passatur u warrbu għal iktar tard. Neħħi dawk li ma nfetħux, imbagħad aqla’ nofs il-kwantià mill-qoxra tagħhom u warrabhom ukoll għal iktar tard.
  2. F’taġen kbir u fond saħħan 4 mgħaref mgħaref żejt taż-żebbuġa u qalli l-klamari maż-żewġ sinniet tewm l-oħra sakemm jieħdu l-kulur. Neħħi t-tewm, żid ir-ross u ħawwad għal madwar minuta sakemm jinkesa sew. Żid it-tadam u l-meraq li tkun erfajt u kompli ħawwad sakemm jixxotta, imbagħad ibda żid ftit ftit l-istokk filwaqt li kull darba tħawwad sakemm jinxtorob. Żid ukoll ftit melħ u bżar. Kif ikun kważi sar ir-ross żid il-maskli u l-gadoffli, kemm dawk tal-qoxra kif ukoll dawk li qlajt mill-qoxra.
  3. Servi fil pront bit-tursin imferrex fil-wiċċ.

Tigieg il forn bi zalza ta tadam


  • 900g tadam mqatta'
  • Mgħarfa żejt 
  • 4 koxox tat-tiġieg sħaħ (madwar 700g).
  • Melħ oħxon u bżar iswed mitħun
  • Kikkra basal mqatta' strixxi rqaq
  • 3 sinniet tewm maħkuk
  • 3 biċċiet origanu
Tħejjija:
  1. Saħħan il-forn għal 200 C. Saħħan dixx vojt fil-forn.
  2. Ħawwar it-tiġieġ bil-bżar u l-melħ u aqli ġo taġen kbir, bil-ġilda tħares 'l isfel, fuq nar medju-għoli għal madwar 7 minuti jew sakem il-koxox jismaru u jiġu jqarmċu. Eqleb il-koxox u sajjar għal minuta oħra.
  3. Warrab it-tiġieg u neħħi x-xaħam minn ġot-taġen. Żomm biss daqs mgħarfa.
  4. Baxxi n-nar għal medju u sajjar il-basla sakemm tirtab, għal madwar 5 minuti.
  5. Żid it-tewm u sajjar għal madwar minuta, imbgħad żid it-tadam, bżar u melħ.
  6. Meta jgħali, poġġi t-taħlita fid-dixx tal-forn. Żid it-tiġieġ bil-ġilda tħares 'il fuq u żid l-origanu.
  7. Poġġi fil-forn u sajjar għal madwar 25-30 minuta jew sakemm it-tiġieg ikun sar sew.

Gwienah tat tigieg bil curry


  • 1½ kg ġwienaħ tat-tiġieġ
  • Kuċċarina curry jaħraq
  • ½ kuċċarina turmerik
  • Mgħarfa soy sauce
  • 2 mgħaref żejt veġetali
  • 2 sinniet tewm, misħuqin
  • Melħ u bżar mitħun frisk
Għad-dip:
  • 200 ml yoghurt Grieg
  • 2 mgħaref mayonnaise
  • Meraq ta’ nofs lumija
  • Mgħarfa tursin frisk, imqatta’ rqiq


  1. Aqta’ barra l-ponot tal-ġwienaħ u aqtamhom min-nofs (mill-ġog).
  2. Fi skutella kbira ħallat flimkien iż-żejt, is-soy sauce, il-curry, it-turmerik, it-tewm, melħ u bżar. Żid il-ġwienaħ u dawwarhom fit-taħlita sakemm jinksew. Għatti l-iskutella u poġġiha fil-friġġ għal mill-inqas siegħa jew tul il-lejl.
  3. Sadanittant ipprepara d-dip. Fi skutella ħabbat flimkien il-yoghurt, il-mayonnaise, il-meraq tal-lumi u t-tursin. Għatti l-iskutella u poġġiha fil-friġġ għal iktar tard.
  4. Oħroġ il-ġwienaħ immarinati mill-friġġ u saħħan il-forn għal temperatura ta’ 200°C. Iksi tilar bil-foil u poġġi gradilja fuq il-foil.
  5. Poġġi l-ġwienaħ fuq il-gradilja mingħajr ma jmissu ma’ xulxin u daħħalhom fil-forn għal 20 minuta. Aqleb il-ġwienaħ fuq il-wiċċ l-ieħor u kompli sajjar għal 20-25 minuta oħra.
  6. Servi l-ġwienaħ sħan mad-dip tal-yoghurt.

Haxix fil Kartocc

2 sinniet tewm
2 patatiet, maħsulin u mqattgħin slices bil-qoxra
basla mqattgħa 
brunġiela mqattgħa dadi bil-qoxra
2 tadamiet kbar 
100g rkotta 
melħ tal-baħar
żewġ kuċċarini tursin 
2 werqiet rand
żejt taż-żebbuġa 
mgħarfa kappar
kartaforn
Metodu:
Irranġa l-ingredjenti fuq biċċa kartaforn ta' madwar 8 pulzieri, mitwija fi tnejn. Agħmel saff patata, ftit basal u tewm, tadam, brunġiel u fl-ahhar il-kappar, l-irkotta u l-ħwawar.
Qattar ftit qtar żejt taż-żebbuġa.
Aħmi f'temperatura ta' 150 grad Celcius għal 40 minuta.
Ħallih joqgħod għal żewġ mnuti qabel ma sservi.

Friday, 9 October 2015

Penne Amatriciana


għaġin li tippreferi
2 imgħaref żejt taż-żebbuġa
basla żgħira, imqattgħa rqiqa
sinna tewm imqattgħa
120g guanciale (tista' tuża bejken jew pancetta minflok)
niskata chili flakes
tazza nbid abjad 
450g tadam tal-bott
niskata zokkor jew stevia
ġobon Pecorino maħkuk frish (jew ġbejna)
melħ u bżar
ħabaq għall-wiċċ
Metodu:
Itfa' l-għaġin ġo borma bil-misħun u l-melħ u sajjar al dente. Normalment jieħu madwar 9 sa 10 minuti biex isir. Saffi b'passatur.
Qalli l-basla u t-tewm fuq nar moderat fiż-żejt taż-żebbuġa. Ħawwad kontinwament sabiex ma jbiddilx il-kulur. Qatta' l-pancetta, bejken jew guanciale f'dadi żgħar u żidhom mal-basla u t-tewm flimkien maċ-chili. Żid il-tadam, iz-zokkor u l-inbid ħalli z-zalza ttektek għal 15-il minuta.
Żid il-melh u l-bżar.
Ferra' z-zalza fuq l-għaġin imsajjar u żejjen il-wicc bil-weraq tal ħabaq frisk u ġobon Pecorino maħkuk.

Wednesday, 7 October 2015

Filafel


  • 250 g ċiċri mnixxfin
  • 4 sinniet tewm, imqattgħin
  • Basla, imqattgħa rqiq
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 2 mgħaref tursin frisk, imqatta’
  • 2 kuċċarini kemmun
  • 2 kuċċarini żerriegħa tal-kożbor
  • 2 mgħaref dqiq
  • Melħ u bżar mitħun frisk
Għad-dip:
  • 200 g yoghurt Grieg
  • Meraq ta’ nofs lumija
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Mgħarfa tursin frisk, imqatta’
  • Mgħarfa nagħniegħ frisk, imqatta’
Xarrab iċ-ċiċri fl-ilma għal 6 sigħat jew tul il-lejl. Saffiha, poġġiha f’kazzola, għattiha bl-ilma u għalliha għal 50-60 minuta jew sakemm tirtab. Saffiha f’passatur, ħalliha toqtor sew u ferrixha fuq sarvetta biex tixxotta sew għal siegħa.
  1. Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 180°C. Iksi tilar bil-kartaforn.
  2. Qalli l-basla u t-tewn f’żewġ mgħaref żejt taż-żebbuġa sakemm jirtabu.
  3. Bi proċessur tal-ikel itħan iċ-ċiċri, il-basla u t-tewm, il-kemmun u l-kosbor, sakemm jitħallat u jitkisser kollox.
  4. Aqleb it-taħlita fi skutella u żid id-dqiq, it-tursin, melħ u bżar. Għaffeġ kollox flimkien b’idejk u fforma t-taħlita fi blalen ta’ madwar 3 ċm djametru.
  5. Poġġi l-blalen taċ-ċiċri fuq it-tilar, idlikhom biż-żejt taż-żebbuġa mad-dawra kollha u aħmihom għal 25-35 minuta. Nofs sajran dawwarhom ftit biex isiru minn kullimkien.
  6. Sadnittant, ipprepara d-dip. Fi skutella ħabbat l-ingredjenti kollha flimkien tajjeb.
  7. Servi l-blalen taċ-ċiċri mad-dip tal-yoghurt.

Torta tal Qara baghli bla ghagina


  • 1 kg qarabagħli mit-twil, imqatta’ listi rqaq għat-tul
  • 700 g polpa tat-tadam
  • Mgħarfa kunserva
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 800 g kkapuljat t taċ-ċanga
  • 300 g faqqiegħ, imqatta’
  • Basla, imqattgħa
  • 4 sinniet tewm, imqattgħin
  • 2 mgħaref ħabaq frisk, imqatta’
  • Mgħara kunserva
  • 400 g mozzarella, maħkuka oħxon
  • 100 g ġobon maħkuk
  • 500 g rkotta
  • Bajda, imħabbta ħafif
  • 2 mgħaref tursin frisk, imqatta’
  • Niskata noċemuskata, maħkuka
  • Melħ u bżar mitħun frisk

Tħejjija:
  1. Saħħan mgħarfa żejt f’kazzola wiesgħa fuq nar moderat u żid il-basla u t-tewm, u qallihom sakemm jirtabu. Żid l-ikkapuljat u ħawwad sakemm jieħu l-kulur, imbagħad żid il-faqqiegħ. Kif jitbiel il-faqqiegħ żid il-kunserva, il-polpa tat-tadam u l-Worchestershire sauce, melħ u bżar. Kif iz-zalza tiftaħ tagħli, baxxi n-nar,  għatti l-kazzola parzjalment  u tektek għal madwar 40 minuta sakemm tara li z-zalza nġibdet u bdiet tagħqad. Itfi n-nar, żid il-ħabaq u ħawwad.
  2. Sadanittant idlek grilja bi ftit żejt u ixwi l-qarabagħli ħafif miż-żewġ naħat u poġġihom fuq karti tal-kċina.
  3. Fi skutella ħabbat flimkien l-irkotta, il-bajda, ¾ mill-mozzarella u nofs il-Parmiġġan, in-noċemuskata u t-tursin.
  4. Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 200°C. Idlek dixx ta’ 23 ċm x 40 ċm jew ekwivalenti bi ftit żejt.
  5. Poġġi ⅓ tal-qarabagħli ħdejn xulxin fil-qiegħ tad-dixx u ifrex fuqu nofs iz-zalza. Ifrex nofs it-taħlita tal-irkotta, u erġa’ poġġi ⅓ ieħor mill-qarabagħli; imbagħad il-kumplament taz-zalza u fl-aħħar il-kumplament tat-taħlita tal-irkotta. Fil-wiċċ poġġi l-aħħar saff tal-qarabagħli u roxx bil-mozzarella u l-Parmiġġan li jkun fadal.
  6. Aħmi għal 40-50 minuta sakemm jiħmar il-wiċċ. Ħalli l-lażanja toqgħod fil-forn għal 15-il minuta qabel isserviha.

Froga Taljana

Din hija froġa stil Taljan (frittata) u minflok qarabagħli tista' tuża ħxejjex li trid jew taħlita ta' ħxejjex.  
 
Ingredjenti: 
 
  • 6 bajdiet
  • Sinna tewm imqattgħa rqiqa
  • Basla żgħira mqattgħa rqiqa
  • 4 patatiet imsajrin
  • Kwart ta' kuċċarina rignu niexef (dried oregano)
  • 50 g ġobon maħkuk
  • 50 g cheddar
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 3 qarabagħliet, imsajrin u mqattgħin
  • Melħ u bżar
 
Tħejjija:
 
  1. Poġġi ż-żejt taż-żebbuġa ġo taġen u żid il-basla u t-tewma.  
  2. Ħawwad u sajjar ħafif u wara  żid il-patata msajra u r-rignu niexef. 
  3. Sajjar fuq nar bati. Żid il-qarabagħli u sajjar għal madwar 2 minuti. Fi skutella, ħabbat il-bajd, żid il-melħ u l-bżar u ferragħ l-bajd fuq il-patata u l-qarabagħli.
  4. Sajjar fuq nar moderat sakemm issir minn taħt.  Oqgħod attenta li ma tinħaraqx.  Ferrex il-ġobon fil-wiċċ. Poġġi t-taġen taħt il-grilja sakemm isir il-wiċċ. Servi sħuna jew kiesħa.

tian tal qara baghli u tadam

Kont ħadt din l-idea meta rajt lill-Barefoot Contessa tagħmel riċetta fuq it-televiżjoni.  Nagħmilha ħafna u nbiddel il-ħaxix li nkun qiegħda nuża. Tajba bħala kontorn mal-ikla prinċipali jew tista' tikolha bħala ikla ħafifa.  
Ingredjenti: 
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa 
  • Basla bajda, imqattgħa biċċiet żgħar
  • 2 sinniet tewm maħkuka
  • 2 patatiet bil-qoxra, mqattgħin tondi rqaq
  • 2 qarabagħliet (nippreferi l-courgette għal dan id-dixx għax il-kontenut tal-ilma fih huwa inqas)
  • 2 tadamiet kbar
  • Melħ u bżar
  • 2 mgħaref ġbejna iebsa bajda
Tħejjija:
  1. Saħħan il-forn 180 °C. Idlek dixx ta' 20 ċm biż-żejt taż-żebbuġa billi tuża pinzell.  
  2. Ġo taġen, saħħan 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa u sajjar il-basal fuq nar bati għal bejn 8 u 10 minuti.  Żid it-tewm u sajjar għal minuta oħra. 
  3. Ifrex it-taħlita tal-basal fuq il-qiegħ tad- dixx.  Poġġi felli zucchini, tadama u patata.  Ibqa' sejra hekk sa ma timla d-dixx.  Ferrex ftit melħ u bżar jekk tixtieq u mgħarfa ħwawar friski li jogħġbuk.  Żid ir-rignu niexef.   
  4. Għatti d-dixx bil-fidda u aħmi għal 35 minuta, sakemm il-patata ssir. 
  5. Ikxef id-dixx, ferrex il-ġbejna bajda fil-wiċċ ħafif u aħmi għal 30 minuta oħra sakemm il-ġbejna tinħall u l-kulur jismar. Servi sħun.

Tuesday, 6 October 2015

Soppa tal Haxix bil quinoa

mgħarfa żejt taż-żebbuġa
kikkra basal imqatta’
kikkra zunnarija mqattgħa
żewġ laned tadam imqatta’
½ kikkra quinoa msajra
żewġ litri ilma mħalltin ma' dada
żewġ sinniet tewm
½ kuċċarina melħ oħxon, jekk trid
kikkra spinaċi
Metodu:
Saħħan iż-żejt f'borma kbira u qalli l-basal. Żid it tewm. Ħawwad. Żid il-ħaxix l-ieħor. Ħawwad u żid l-ilma u d-dada.
Kif jibda jagħli l-ilma, baxxi n nar u sajjar sakemm jirtab il-ħaxix.
Sajjar il-quinoa u meta jsir il-ħaxix go soppa, żid il-quinoa u sajjar għal żewġ minuti oħra.  Aqleb ġo skutelli u żejjen il-wiċċ bit-tursin frisk imqatta'.

Brokkli jew Pastard Gratin

500g brokkli u / jew pastard imsajjar, jew taħlita tat-tnejn
100g plain yoghurt
melħ u bżar mitħun frisk
50g ġbejna maħkuka u 50g oħra għall-wiċċ 
2 mgħaref ħwawar friski tal-għażla tiegħek u mgħarfa oħra biex iżżejjen
Metodu:
Ħallat flimkien il-brokkli u l-pastard (jekk se tuża mit-tnejn). Żid il-ypghurt jogurt, il-ġbejna maħkuka u l-ħwawar friski kif ukoll il-melħ u l-bżar. Idlek ħafif dixx tal-forn bi ftit żejt taż-żebbuġa. Poġġi t-taħlita ġod-dixx. Fil-wiċċ ferrex il-bqija tal-ġbejna maħkuka. Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 200 grad Celcius għal 30 minuta. Ħalli d-dixx jistrieħ għal 5 minuti qabel ma sservi. Żejjen il-wicc bil-bqija tal-ħwawar friski. 

Saturday, 3 October 2015

Spagetti bil qara hamra u t tonn taz zejt


·          4 sinniet tewm
·          basla mqattgħa
·          2 laned tadam imqatta'           
·          200gr tonn taż-żejt
·          2 mgħaref qara' ħamra msajra
·          100ml stokk
·          400g spagetti
·          nofs kuċċarina riegnu niexef
Metodu:
1         Sajjar it-tewm fiż-żejt. Żid il-basla mbagħad  il-qara' ħamra.
2         Żid it-tonn taż-żejt u t-tadam. Meta jibda jagħli baxxi n-nar, żid ir-riegnu niexef u tektek għal 15-il minuta. 
4         Sajjar  l-għaġin u ħawwad iz-zalza miegħu.

Saturday, 26 September 2015

Dip tal Brokkoli

Ingredjenti:
250g brokkli jew pastard imsajjar, jew taħlita tat-tnejn
sinna tewm
ofs basla bajda
100ml yoghurt
mgħarfa ġobon maħkuk iebes bħal Parmigiano
100g cream cheese 
kuċċarina ħwawar imħalltin nexfin
Metodu:
Uża blender żgħir tal-elettriku biex tħallat l-ingredjenti kollha flimkien sakemm ikollok taħlita lixxa. Poġġiha fil-friġġ għal mill-inqas sagħtejn qabel ma sservi bil-ħobż mixwi bħala ikla ħafifa jew għal mad-drinks. 

Kejk tal Qargha Hamra

żewġ kikkri u nofs dqiq
żewġ kuċċarini baking powder
kuċċarina u nofs kanella
nofs kuċċarina noce muskata
niskata melħ
kikkra u nofs zokkor
tliet kwarti ta' kikkra butir
tliet bajdied
tliet kwarti ta' kikkra qargħa ħamra purée
nofs kikkra ħalib
kuċċarina vanilla
Għal mili:
125g cream cheese
kwart ta' kikkra zokkor
Metodu:
Għall-kejk: Ħabbat il-butir, iz zokkor u żid il bajd. Wara żid il-qargħa ħamra, id- dqid u l-vanilla. Ħabbat fil-mixer. Żid id-dqiq.
Prepara forma tal-kejk bil-karta tal-forn. Ferra nofs it-taħlita tal-kejk fid-dixx.
Fuqha ferra' saff milli. Fuqu ferra' l-kumplament tat-taħlita tal-kejk.
Aħmi għal 45 minuta fil-forn li tkun diġà saħħant f'temperatura ta' 170 grad celsuis.
Għall-mili ħabbat iż-żewġ ingredienti flimkien.

Friday, 25 September 2015

Kejk tal Banana u Zunnarija

butir biex tidlek il-landa
100ml żejt taż-żebbuġa
125ml yoghurt
250g żbib isfar (xarrabhom u itħanhom)
4 bajdiet separati
100g zunnarija maħkuka
2 bananiet immaxxjati
300g dqiq self-raising
kuċċarina bikarbonat
nofs kuċċarina ginger
nofs kuċċarina kanella
50g ġewż imqatta'
50g coconut
Metodu:
Ħallat iż-żejt taż-żebbuġa, il-yoghurt, l-isfra tal bajd, il-banana u ż-żbib. Uża hand blender biex tħawwad kollox flimkien.
Għarbel id-dqiq, żid il-bikarbonat, il-coconut, il-ġewż, il-kannella u l-ginger.
Ħabbat l-abjad tal-bajd sakemm jiġi xkuma. Żid iz-zunnarija mat-taħlita tad-dqiq. Wara żid il-likwidi. Fl-aħħar ġentilment ħallat l-ixkuma mat-taħlita.
Poġġi ġo dixx tal-kejkijiet u aħmi f'forn f'temperatura ta' 160 grad Celcius għal 35 minuta.

Thursday, 24 September 2015

Cookies tal Banana u l Hafur


kikkra banana misjura, mgħaffġa bi ftit qtar tal-lumi (daqs żewġ bananiet)
nofs tazza puree tat-tuffieħ mgħolli
kikkra u nofs ħafur 
nofs kuċċarina kannella
nofs kikkra passolina 
ftit qtar vanilla
Metodu:
Saħħan il-forn għal 170 grad Celcius u iksi dixx bil-karta forn. Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien. Poġġi mgħarfa kull darba mit-taħlita fuq il-folja tal-ħami u ċċattja ftit b'subgħajk. Aħmi għal madwar 20 minuta jew sakemm il-kulur isir dehbi ċar.

Monday, 21 September 2015

Crumble tal Qargha Hamra

Għandek bżonn:
kilo qargħa ħamra msajra
basla, imqattagħa u moqlija
kurrat 
żewġ patatiet imsajrin u mqattgħin
melħ u bżar
ftit noċemuskata
sitt ġbejniet friski mqattgħin biċċiet
Għall-wiċċ:
300g dqiq
100g butir
50g ġobon maħkuk
50g bran flakes
Metodu:
Ħallat il-basla, patata, qargħa ħamra u noċemuskata flimkien. Żid ftit melħ u bżar. Dellek dixx bi ftit żejt. Poġġi t-taħlita tal-ħaxix ġo dixx. Agħmel saff biċċiet tal-ġbejniet friski.
Għall-wiċċ, ħaddem il-butir fid-dqiq. Żid il-ġobon maħkuk. Kisser il-bran flakes biċċiet żgħar u ħallathom mat-taħlita tad-dqiq. Ferrex it-taħlita fil-wiċċ tad-dixx.
Aħmi għal nofs siegħa f'temperatura ta' 180 grad Celsius.
Din hija riċetta ta' Lea  Hogg imxandra fil-programm Kalamita 

Sunday, 20 September 2015

Cookie Cake

Minflok tagħmel cookies individwali, tista' tagħmel cookie waħda kbira li tiġi qisha kejk, ideali għal xi party tat-tfal.
Ingredjenti:
225g butir mingħajr melħ
100g zokkor ismar
150g zokkor muscovado
2 bajdiet
ftit qtar vanilla
250g dqiq self-raising
300g chocolate chips
Metodu:
Ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor sakemm it-taħlita tkun kremuża. Żid il- bajd u vanilla u kompli ħawwad sakemm il-bajd ikun inkorporat fit-taħlita. Żid id-dqiq. Ħawwad. Fl-aħħar nett żid iċ-chocolate chips u ħawwad b'mgħarfa tal-metall.  
Iksi dixx tal-forn bil-kartaforn. Ferra' t-taħlita u aħmi f'temperatura ta' 180 grad Celcius għal 35 minuta.

Friday, 18 September 2015

Tigieg bil gbejniet il forn


500g tiġieġ imsajjar u mqatta' biċċiet
250g qlub tal-qaqoċċ imsajrin u mqattgħin, jew tal-bott jekk ma jkunx żmienu
250g spinaċi msajjar u mqatta', jew iffriżat jekk ma ssibx frisk
basla mqattgħa u msajra
sinna tewm maħkuka
kikkra yoghurt
kikkra mayonnaise
nofs kikkra mozzarella maħkuka
nofs kuċċarina rignu niexef
nofs kikkra ġbejna bajda niexfa maħkuka
melħ u bżar
Metodu:
Żomm għall-wiċċ mgħarfa ġbejna maħkuka u mgħarfa mozzarella. Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien. Fil-wiċċ poġġi l-ġbejna maħkuka u l-mozzarella li rfajt. Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 180°C għal nofs siegħa sakemm il-wiċċ jibda jieħu kulur sabiħ. Ħalli d-dixx joqgħod għal 10 minuti qabel ma sservi. Servi b'żewġ mgħaref quinoa, barley jew bulgar bħala kontorn.

Thursday, 17 September 2015

Insalata tal Bulgar bil gbienet

Għandek bżonn:
250g medium bulgur wheat
ponn kbir rukola ta' Malta jew taħlita ta' tursin u nagħniegħ, imqatta' rqiq
2 ġbejniet tal-bżar, imqattgħin dadi
2 tadamiet, imqattgħin żgħar
landa ċiċri (neħħilhom l-ilma u laħlaħhom)
kuċċarina qoxra tal-lumi maħkuka
mgħarfa meraq tal-lumi
bżaru aħmar frisk (jekk trid)
melħ u bżar
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
Metodu:
Poġġi l-bulgur wheat ġo skutella kbira u għerrqu fl-ilma. Ħallih għal mill-inqas siegħa. Jien inħobb inħallih daqs erba' sigħat ħalli jirtab. Imbagħad saffih mill-ilma u ħallih fil-passatur ħalli tneħħi kemm tista' ilma minnu. Poġġih ġol-iskutella li se tuża biex isservi.
Żid ir-rukola (jew it-tursin u n-nagħniegħ), it-tadam, iċ-ċiċri, il-ġbejniet u l-bżaru (jekk se tużah). Ħallat bil-mod biex l-ingredjenti ma jitgħaffġux. Żid il-melħ u l-bżar u l-qoxra tal-lumija maħkuka. Ħallat. Żid iż-żejt taż-żebbuġa u l-meraq tal-lumi. Ħallat.
Servi mill-ewwel jew poġġi l-insalata fil-friġġ u servi wara. Tista' żżommha sal-għada. Tista' sservi din l-insalata bħala platt prinċipali jew bħala kontorn.

Monday, 14 September 2015

Kejk tal Kafe u Gewz



150g dqiq self raising
kuċċarina baking powder
nofs kuċċarina bikarbonat
125ml yoghurt
2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
3 bajdiet
120g zokkor jew ekwivalenti stevia
mgħarfa trab tal-kafè espresso instant
50g ġewż imqatta' fin ħafna
nisktata noċemuskata
ftit qtar vanilla
8 nofsijiet tal-ġewż għall-wiċċ qabel ma taħmi

Metodu:

Ħallat il-bajd, il-yoghurt, il-vanilla u ż-żejt taż-żebbuġa ġo skutella. Għarbel id-dqiq.  Żid il-baking powder u l-bikarbonat, il-kafè, in-noċemuskata u l-ġewż imqatta'. Ipprepara landa tal-kejkijiet ta' 23ċm midluka bi ftit butir. Żid it-taħlita tad-dqiq mal- ingredjenti likwidi. Żejjen il-wiċċ bil-ġellewż.
Aħmi f'temperatura ta' 160 grad Celcius għal 40 minuta.  Wara nofs siegħa ċċekkja l-kejk imma tiftaħx il-forn qabel. 

Sunday, 13 September 2015

Collectable recipes - timesofmalta.com

Collectable recipes - timesofmalta.com

Collectable recipes - timesofmalta.com

Collectable recipes - timesofmalta.com

Scones tal Lumi

Għandek bżonn:
400g dqiq self-raising
200g irkotta
qoxra ta' lumija maħkuka
meraq ta' lumija
żewġ mgħaref għasel
żewġ bajdiet
Metodu:
Għarbel id-dqiq u ħaddem l-irkotta fih. Żid l-għasel, il-qoxra u l-meraq tal-lumija u l-bajd. Agħmel l-għaġina.Tħallihiex toqgħod fil-friġġ imma iftaħha mill-ewwel. Uża cutter biex taqta' l-iscones. Dawn jridu jkunu għoljin 3ċm.
Poġġi l-iscones fuq dixx miksi bil-kartaforn. Aħmi f'forn f'temperatura ta' 160 gradCelsius għal 25 minuta. Fl-aħħar ħames minuti idlek bi ftit bajd imħabbat billi tuża pinzell. Erġa' daħħalhom fil-forn.
Servi l-iscones sħan jew kesħin, bil-ġamm jew bl-irkotta jew bil-ġbejniet friski. Meta toħroġhom mill-forn tista' tidlikhom ħafif bl-għasel.